29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Donati vs BĊE

(Kawża F-63/09)

2009/C 205/93

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paola Donati (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tkomplix teżamina l-allegazzjonijiet dwar l-allegat fastidju morali li r-rikorrenti sofriet, kif ukoll li ma tkomplix teżamina l-kumpens għad-dannu sofrut.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu hija tinkludi theddida u tentattiv ta’ intimidazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu hija ma għandhiex deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-investigazzjoni amministrattiva u dwar l-eżitu tal-ilment tar-rikorrent; sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, tas-16 ta’ Diċembru 2008, inkwantu ma għandhiex deċiżjoni “impliċita” li l-ilment tar-rikorrenti jiġi arkivjat definitivament u li ma jiġux adottati miżuri oħra, b’mod partikolari li ma tinfetaħx proċedura dixxiplinari;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tas-16 ta’ April li ċaħdet ir-rikors speċjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens għad-dannu morali sofrut, valutat ex aequo et bono għal EUR 10 000;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.