13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-512/09)

2010/C 37/31

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Iro Dimitriou u A. Margelis)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m’adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/66/KE (1) tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE fid-dritt nazzjonali skada fis-26 ta’ Settembru 2008.


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.