30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-25 ta’ Novembru 2009 — Stichting de Thuiskopie vs Mijndert van der Lee et

(Kawża C-462/09)

2010/C 24/66

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting de Thuiskopie

Konvenuti: Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee, Opus Supplies Deutschland GmbH

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2001/29/KE (1), b’mod partikolari fl-Artikolu 5(2)(b) u (5) tagħha, tistabbilixxi punti ta’ referenza sabiex tingħata risposta lid-domanda dwar min huwa, fid-dritt nazzjonali, responsabbli għall-ħlas tal-“kumpens ġust” fis-sens tal-Artikolu 5(2)(b)? Jekk iva, liema huma dawn il-punti?

(2)

Fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, meta x-xerrej ikun residenti fi Stat Membru differenti mill-bejjiegħ, l-Aritkolu 5(5) tad-Direttiva jeżiġi interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali tant wiesgħa li l-“kumpens ġust” fis-sens tal-Artikolu 5(2)(b) ikun dovut, minn tal-inqas f’wieħed mill-Istati Membri involuti fil-bejgħ mill-bogħod, minn operatur kummerċjali?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)