30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-455/09)

2010/C 24/61

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u Ł. Habiak)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-imsemmija direttiva u, f’kull każ billi naqset milli tikkomunikhom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1).

Tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex id-Direttiva 2006/7/KE tiġi implementata fid-dritt nazzjonali skada fl-24 ta’ Marzu 2008.


(1)  ĠU L 64, p. 37