21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Münster (Il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2009 — Pietro Infusino vs Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

(Kawża C-348/09)

2009/C 282/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pietro Infusino

Konvenut: Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika”, imsemmi fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), ikopri biss theddid għas-sigurtà interna u esterna ta’ Stat, fis-sens tal-eżistenza kontinwa tal-Istat bl-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi importanti tiegħu, tas-sopravivenza tal-popolazzjoni, tar-relazzjonijiet esterni u tal-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet?


(1)  ĠU L 158, p. 77