4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-10 ta’ April 2009 — Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l'Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Bernard Page vs Région wallonne

(Kawża C-134/09)

2009/C 153/41

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association des Riverains et Habitants des Communes Proches de l'Aéroport B.S.C.A. (Brussels South Charleroi Airport) ASBL — A.R.A.Ch, Bernard Page

Konvenuta: Région wallonne

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni — bħalma huwa d-digriet tar-Reġjun tal-Vallonja tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar xi permessi li għalihom jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku — li sempliċement tipprovdi li “jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku” għall-ħruġ ta’ permessi għal żvilupp, ta’ permessi tal-ambjent, u ta’ permessi singoli għal attivitajiet u xogħlijiet li hija telenka u li “tawtorizza” permessi li għalihom jiġi ddikjarat li “hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku”?

2)

a)

L-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8 u 10a tad-Direttiva 85/337/KEE, kif emendata bid-Direttiva [tal-Kunsill] 97/11/KE (2) u d-Direttiva 2003/35/KE (3) [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill], jipprekludu sistema legali fejn id-dritt li jitwettaq proġett li jkun suġġett għal stima tal-effetti jingħata permezz ta’ att leġiżlattiv li kontrih ma jkun jista’ jiġi ppreżentat l-ebda rikors quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali mwaqqaf bil-liġi b’mod li jkun jista’ tiġi kkontestata, fir-rigward tal-mertu u tal-proċedura segwita, id-deċiżjoni li tagħti d-dritt tat-twettiq tal-proġett?

b)

L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 (4), għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà li jitressaq rikors quddiem qorti jew korp ieħor indipendenti u imparzjali mwaqqaf bil-liġi sabiex tkun tista tiġi kkontestata l-legalità, għal kull kwistjoni ta’ mertu jew proċedura li taqa’ kemm taħt is-sistema sostantiva u kemm taħt is-sistema proċedurali ta’ awtorizazzjoni ta’ proġetti li jkunu suġġetti għal stima tal-effetti, tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tal-ommissjonijiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6?

c)

Fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE, kif emendat bid-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jipprevedu l-possibbiltà li jitressaq rikors quddiem qorti jew korp ieħor indipendenti u imparzjali mwaqqaf bil-liġi sabiex tkun tista’ tiġi kkontestata l-legalità tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet għal kull kwistjoni ta’ mertu jew proċedura li jaqgħu kemm taħt is-sistema sostanzjali u kemm taħt is-sistema proċedurali għall-awtorizzazzjoni tal-proġetti suġġetti għal stima tal-effetti?


(1)  Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p.40)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 73, p. 5)

(3)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)

(4)  Deċiżjoni 2005/370/KE tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali