Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 – Evets vs UASI

(Kawża C-479/09 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali DANELECTRO – Trade mark figurattiva QWIK TUNE – Applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Talba għal restitutio in integrum – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għal tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark”

Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Restitutio in integrum - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Data li fiha r-rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark isir jaf bit-telf ta’ dritt (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 78(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 77) (ara l-punti 36, 39-41)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Evets vs UASI (Kawżi magħquda T‑20/08 u T‑21/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 603/2007‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Amministrazzjoni ta’ Trade marks u tal-Kwistjonijiet Legali u li tiddikjara li t-talba għal “restitutio in integrum”, ippreżentata mill-appellanti sabiex terġa’ tikseb id-drittijiet tagħha dwar it-tiġdid tat-trade mark verbali “DANELECTRO”, għandha titqies li ma ġietx ippreżentata peress li ġiet ippreżentata tard - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade marks.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Evets Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.