Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija

(Kawża C-433/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Direttiva 2006/112/KE – VAT – Valur taxxabbli – Taxxa imposta fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat, skont il-valur u skont il-konsum medju tagħhom – ‘Normverbrauchsabgabe’”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Valur taxxabbli (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 78) (ara l-punti 33-35, 38, 39, 43, 46)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 78 u 79 tad-Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Bejgħ ta’ vettura bil-mutur - Inklużjoni fil-valur taxxabbli ta’ taxxa fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat skont il-valur u l-konsum medju tagħhom (“Normverbrauchsabgabe”).

Dispożittiv

1)

Billi inkludiet fil-valur taxxabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fl‑Awstrija fuq il-kunsinna ta’ vettura bil-mutur skont il-konsum medju tagħha (“Normverbrauchsabgabe”), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l‑ispejjeż rispettivi tagħhom.