18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Kronoply GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-117/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Talba għal għajnuna intiża sabiex tbiddel għajnuna preċedentement mogħtija lill-impriża benefiċjarja u nnotifikata lill-Kummissjoni wara l-eżekuzzjoni sħiħa tal-proġett ta’ investiment - Kriterji tal-effett ta’ inċentiv u tan-neċessità)

2010/C 346/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kronoply GmbH & Co. KG (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, V. Kreuschitz u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-14 ta’ Jannar 2009, Kronoply vs Il-Kummissjoni (T-162/06) — Kronoply vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/262/KE, tal-21 ta’ Settembru 2005, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lir-rikorrenti (ĠU L 94, p. 50) — Proġett ta’ għajnuna intiż sabiex ibiddel għajnuna preċedentement mogħtija lill-impriża benefiċjarja, innotifikat lill-Kummissjoni wara l-eżekuzzjoni sħiħa tal-proġett ta’ investiment permezz tal-għajnuna inizjalment awtorizzata — Evalwazzjoni żbaljata tal-effett ta’ inċentiv u tan-neċessità tal-għajnuna kkontestata

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Kronoply GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 141, 20.06.2009