22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Karl Heinz Bablok et vs Freistaat Bayern

(Kawża C-442/09) (1)

(Ikel modifikat ġenetikament - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikoli 2 sa 4 u 12 - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 2 - Direttiva 2000/13/KE - Artikolu 6 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikolu 2 - Prodotti tal-apikultura - Preżenza ta’ polline ta’ pjanti modifikati ġenetikament - Konsegwenzi - Tqegħid fis-suq - Kunċett ta’ ‘organiżmu’ u ta’ ‘ikel li fih ingredjenti prodotti minn organiżmi modifikati ġenetikament’)

2011/C 311/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch

Konvenut: Freistaat Bayern

fil-preżenza ta’: Monsanto Technology LLC, Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europe SA/NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(5) u (10), 3(1), 4(2) u 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432) — Preżenza involontarja u aċċidentali, fil-prodotti tal-apikultura ta’ polline minn pjanti modifikati ġenetikament u li ma huwiex iktar kapaċi li jirriproduċi — Riperkussjonijiet possibbli fuq il-modalitajiet tat-tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti — Kunċett ta’ “organiżmu modifikat ġenetikament” u ta’ “prodott minn OĠM”

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ organiżmu modifikat ġenetikament fis-sens tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanza, bħall-polline derivat minn varjetà ta’ qamħirrun modifikat ġenetikament, li tilfet il-kapaċità tagħha li tirripproduċi u li ma għandha l-ebda kapaċità li titrasferixxi materjal ġenetiku kontenut fiha, ma taqax iktar taħt dan il-kunċett.

(2)

L-Artikolu 2(1), (10) u (13), kif ukoll l-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1829/2003, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, u l-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta sustanza bħall-polline li jkun fiha DNA u proteini modifikati ġenetikament ma tistax titqies bħala organiżmu modifikat ġenetikament, prodotti bħall-għasel u supplimenti tal-ikel li fihom tali sustanza jikkostitwixxu, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1829/2003, “ikel […] li fih [ingredjenti prodotti minn OMĠ]”. Tista’ ssir l-istess klassifikazzjoni indipendentement mill-punt jekk il-kontaminazzjoni tas-sustanza inkwistjoni kinitx intenzjonali jew aċċidentali.

(3)

L-Artikoli 3(1) u 4(2) tar-Regolament Nru 1829/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta jinvolvu obbligu ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza ta’ ikel, ma jistax jiġi applikat mutatis mutandis limitu ta’ tolleranza għal dan l-obbligu bħal dak previst fil-qasam tat-tikkettjar fl-Artikolu 12(2) tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.