26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-351/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Artikoli 8 u 15 - Stat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni - Stabbiliment u implementazzjoni ta’ programmi għall-monitoraġġ - Ommissjoni - Preżentazzjoni ta’ rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ - Ommissjoni)

2011/C 63/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u K. Xuereb, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri, D. Mangion, P. Grech u Y. Rizzo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Obbligu li jiġu stabbiliti u li jsiru operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ — Obbligu li jiġu ppreżentati rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ

Dispożittiv

(1)

Billi naqset, l-ewwel nett, milli tistabbilixxi u tagħmel operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, it-tieni nett, billi naqset milli tippreżenta r-rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.