26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-304/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement - Irkupru)

2011/C 63/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: L. Flynn, E. Righini u V. Di Bucci, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru C 8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement [innotifikata taħt in-numru C(2005) 591], (ĠU L 94, p. 42).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tabolixxi l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru C 8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement, u tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir Repubblika Taljana hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.