26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof — Awstrija) — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-208/09) (1)

(Ċittadinanza Ewropea - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fl-Istati Membri - Liġi ta’ Stat Membru li għandha status kostituzzjonali rigward l-abolizzjoni tan-nobbiltà f’dan il-pajjiż - Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina tal-imsemmi Stat, miksub permezz ta’ adozzjoni fi Stat Membru ieħor, li fih hija tirrisjedi - Titolu ta’ nobbiltà u prefiss nobbli formanti parti mill-kunjom - Reġistrazzjoni mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru fir-reġistru tal-istat ċivili - Korrezzjoni ex officio tar-reġistrazzjoni - Irtirar tat-titolu u tal-prefiss nobbli)

2011/C 63/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilonka Sayn-Wittgenstein

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 KE — Liġi kostituzzjonali ta’ Stat Membru li għandha bħala suġġett it-tneħħija tan-nobbiltà f’dan l-Istat u tipprojbixxi liċ-ċittadini tiegħu milli jużaw titoli ta’ nobbiltà barranija — Rifjut mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru li jdaħħlu fir-reġistru tat-twelid titolu ta’ nobbiltà u prefiss nobbli formanti parti minn kunjom li persuna maġġorenni, ċittadina ta’ dan l-Istat, kisbet fi Stat Membru ieħor, fejn hija tirrisjedi, wara l-adozzjoni tagħha minn ċittadin ta’ dan l-aħħar Stat

Dispożittiv

L-Artikolu 21 TFUE ma jipprekludix illi l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jistgħu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jirrifjutaw li jirrikonoxxu, fl-elementi kollha tiegħu, il-kunjom ta’ ċittadin ta’ dan l-Istat, kif ġie stabbilit fit-tieni Stat Membru, li fih jirrisjedi l-imsemmi ċittadin, matul l-adozzjoni tiegħu bħala adult minn ċittadin ta’ dan it-tieni Stat Membru, peress li dan il-kunjom fih titolu ta’ nobbiltà li ma huwiex aċċettat fl-ewwel Stat Membru skont id-dritt kostituzzjonali tiegħu, peress li l-miżuri meħuda minn dawn l-awtoritajiet f’dan il-kuntest huma ġġustifikati minn raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku, jiġifieri li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi li huma jridu jiggarantixxu u proporzjonali għall-għan leġittimament segwit.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.