18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Volvo Car Germany GmbH vs Autohof Weidensdorf GmbH

(Kawża C-203/09) (1)

(Direttiva 86/653/KEE - Aġenti kummerċjali indipendenti - Xoljiment tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal - Dritt tal-aġent għal kumpens)

2010/C 346/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volvo Car Germany GmbH

Konvenuta: Autohof Weidensdorf GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177) — Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal — Dritt tal-aġent għal indennizz — Liġi nazzjonali li tipprovdi għat-telf ta’ dan id-dritt fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tal-aġent li jiġġustifika terminazzjoni immedjata tal-kuntratt, anki fil-każ li dan in-nuqqas iseħħ bejn ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ aġenzija u t-tmiem tiegħu u fil-każ li l-prinċipal sar jaf bin-nuqqas biss wara l-iskadenza tal-kuntratt

Dispożittiv

L-Artikolu 18(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, jipprekludi li aġent kummerċjali indipendenti jiċċaħħad mill-kumpens għall-klijentela tiegħu meta l-prinċipal jistabbilixxi li kien hemm nuqqas min-naħa tal-aġent kummerċjali, li jkun seħħ wara n-notifika tax-xoljiment tal-kuntratt permezz ta’ notifika u qabel ma jintemm, li kien tali li jiġġustifika xoljiment immedjat tal-kuntratt inkwistjoni.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.