6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej) — Paul Miles et vs L-Iskejjel Ewropej

(Kawża C-196/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej - Sistema ta’ remunerazzjoni għall-għalliema ssekondati fl-Iskejjel Ewropej - Nuqqas ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet wara d-deprezzament tal-Lira Sterlina - Kompatibbiltà mal-Artikoli 18 TFUE u 45 TFUE)

2011/C 232/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Miles, Robert Watson Mac Donald

Konvenuti: L-Iskejjel Ewropej

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 39 u 234 tat-Trattat KE — Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 234 KE — Sistema ta’ ħlas tas-salarju tal-għalliema ssekondati fl-iskejjel Ewropej — Nuqqas ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet wara d-deprezzament tal-Lira Sterlina — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ moviment liberu tal-ħaddiema

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għal talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej.


(1)  ĠU C 193, 15.8.2009.