18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-49/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Adeżjoni iktar tard ta’ Stati Membri - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni ratione temporis - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi u żraben tat-tfal)

2010/C 346/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, M. Dowgielewicz, M. Jarosz u A. Rutkowska, aġenti)]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 98, moqri flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tal-VAT għal ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ għal trabi u żraben tat-tfal.

Dispożittiv

(1)

Bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 7 % fuq il-provvisti, l-importazzjoni u l-akkwist intra-Komunitarju ta’ ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi kif ukoll ta’ żraben tat-tfal, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 98 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.