30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/48


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2008 — Assenbaum Fine Arts (WEINER WERKSTÄTTE) vs UASI

(Kawża T-230/08)

(2008/C 223/84)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Assenbaum Fine Arts Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Vögel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-10 ta' April 2008 (każ R 1573/2006-4) b'tali mod li l-appell imressaq mir-rikorrenti fid-29 ta' Novembru 2006 jiġi totalment milqugħ jew, sussidjarjament, jiġi milqugħ għall-klassijiet 6, 11, [minbarra lampi (elettriċi), lampi li jdawwlu, lampi tas-saqaf u lampi ta' l-art ], 14 [minbarra kaxxi għall-ħelu], 16, 20, 21 [minbarra kaxxi għall-ħelu] u 34;

sussidjarment, tannulla d-deċiżjoni appellata u tirrinvija l-kawża lill-UASI

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż relattivi għall-kawża, inkluż dawk tal- proċedimenti ta' appell

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “WIENER WERKSTÄTTE” għall-prodotti tal-klassijiet 6, 11, 14, 16, 20, 21 u 34 (applikazzjoni Nru 4 133 501).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1), in kwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija deskrittiva u lanqas nieqsa minn karattru distintiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11 p. 1).