Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 58)

2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti - Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 57)

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1388/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C More Entertainment AB u NEC Display Solutions Europe GmbH.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.