Sentenza tal-Qorti Ġeneral (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Settembru 2011 – NEC Display Solutions Europe vs UASI – C More Entertainment (see more)

(Kawża T-501/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva see more – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CMORE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 58)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti - Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1388/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C More Entertainment AB u NEC Display Solutions Europe GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.