Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża T‑1/08 INTP,

li għandha bħala suġġett talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, EU:T:2011:216),

Buczek Automotive sp. z o.o., stabbilita f’Sosnowiec (il-Polonja), irrappreżentata minn J. Jurczyk, avukat,

rikorrenti,

sostnuta minn

Ir-Repubblika tal-Polonja, irrappreżentata minn A. Jasser, bħala aġent,

intervenjenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn K. Herrmann, A. Stobiecka-Kuik u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,

konvenuta,

IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),

komposta minn H. Kanninen, President, I. Pelikánová (Relatur) u E. Buttiġieġ, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

1. Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Awwissu 2014, ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, iktar ’il quddiem is-“sentenza prinċipali”, EU:T:2011:216), ressqet, skont l-Artikolu 129 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, talba għall-interpretazzjoni tal-punt 1 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.

2. Permezz tas-sentenza prinċipali, il-Qorti Ġenerali annullat, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26). Peress li l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea ġie miċħud permezz ta’ sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive (C‑405/11 P, EU:C:2013:186), is-sentenza prinċipali saret definittiva.

3. Permezz tat-talba tagħha għall-interpretazzjoni tas-sentenza prinċipali, ir-Repubblika tal-Polonja qiegħda essenzjalment titlob li jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 ġie annullat b’effett erga omnes . Hija ssostni li kemm mill-formulazzjoni tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali u kemm mill-punt 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-annullament iddikjarat jikkonċerna l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 fl-intier tiegħu u għandu effett erga omnes . Skontha, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea.

4. Fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-25 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ssostni li t-talba għal interpretazzjoni hija inammissibbli. Hija ssostni b’mod partikolari li t-talba tar-Repubblika tal-Polonja hija intiża sabiex tinkiseb l-opinjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-eżekuzzjoni u dwar il-konsegwenzi tas-sentenza prinċipali fir-rigward ta’ kumpannija li ma kinitx parti fil-proċedura u ma hijiex intiża sabiex tiġi kkjarifikata ambigwità fil-punt 1 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.

5. Sussidjarjament, fil-każ li t-talba għal interpretazzjoni tiġi madankollu ddikjarata ammissibbli, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali tinterpreta l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali fis-sens li l-annullament iddikjarat f’dan il-punt għandu biss effett inter partes .

6. Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, talba għal interpretazzjoni ta’ sentenza għandha, sabiex tkun ammissibbli, tikkonċerna d-dispożittiv tas-sentenza kkonċernata, inkonnessjoni mal-motivi essenzjali ta’ din is-sentenza, u għandha tkun intiża li tikkjarifika nuqqas ta’ ċarezza jew ambigwità li jista’ jkollhom is-sens jew il-portata tas-sentenza stess sa fejn din is-sentenza kellha tiddeċiedi l-kwistjoni preċiża li kienet imressqa quddiem il-qorti kkonċernata. Skont l-istess ġurisprudenza, talba għal interpretazzjoni ta’ sentenza għaldaqstant ma tkunx ammissibbli meta tikkonċerna punti li ma kinux maqtugħa permezz tas-sentenza kkonċernata jew meta tkun intiża li tikseb, mill-qorti li quddiemha titressaq din it-talba, opinjoni dwar l-applikazzjoni, l-eżekuzzjoni jew il-konsegwenzi tas-sentenza mogħtija mill-imsemmija qorti (ara d-digrieti tal-14 ta’ Lulju 1993, Raiola-Denti et vs Il-Kunsill, T‑22/91 INTP, Ġabra, EU:T:1993:64, punt 6 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-24 ta’ Lulju 1997, Caballero Montoya vs Il-Kummissjoni, T‑573/93 INTP, ĠabraSP, EU:T:1997:126, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).

7. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, parti intervenjenti għandha tkun tista’ tressaq talba għal interpretazzjoni anki jekk il-parti li insostenn tagħha tkun intervjeniet ma tressaqx tali talba (digriet tal-20 ta’ April 1988, Diezler et vs CES, 146/85‑ITRP u 431/85‑ITRP, EU:C:1988:189, punt 4, u sentenza tad-19 ta’ Jannar 1999, Il-Kummissjoni vs NTN u Koyo Seiko, C‑245/95 P‑INT, Ġabra, EU:C:1999:4, punt 15). Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Polonja, bħala intervenjenti fil-Kawża T‑1/08, tista’ tressaq talba għal interpretazzjoni f’din il-kawża, minkejja li l-kumpannija Buczek Automotive sp. z o.o., bħala rikorrenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali, kienet fil-frattemp tħassret mir-reġistru tal-kumpanniji.

8. Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni ma humiex jaqblu dwar il-portata tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali, u b’mod iktar preċiż dwar il-kwistjoni ta’ jekk dan il-punt għandux effett erga omnes jew jekk għandux biss effett inter partes .

9. Id-diffikultà fl-interpretazzjoni tal-portata ta’ dan il-punt tista’ tirriżulta mill-fatt li, skont il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali, l-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2008/344 ġew annullati sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali, jiġifieri lil Buczek Automotive, filwaqt li l-punt 1 tad-dispożittiv tal-istess sentenza jindika biss li l-“Artikolu 1 tad-Deċiżjoni [...] 2008/344 [...] huwa annullat”.

10. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 kien jagħmel parti, fl-intier tiegħu, mis-suġġett tat-tilwima fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali. Dan jirriżulta mill-punt 35 tas-sentenza prinċipali, fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat li Buczek Automotive kellha interess li tikseb l-annullament ta’ din id-dispożizzjoni fl-intier tagħha. Għaldaqstant, it-talba għal interpretazzjoni tikkonċerna kwistjoni li kienet tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali. Barra minn hekk, ma jidhirx li r-Repubblika tal-Polonja qiegħda tipprova tikseb mingħand il-Qorti Ġenerali opinjoni dwar l-applikazzjoni, l-eżekuzzjoni jew il-konsegwenzi tas-sentenza mogħtija minnha.

11. Minn dan jirriżulta li t-talba għal interpretazzjoni għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.

12. Fir-rigward tal-mertu, mill-formulazzjoni tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali jirriżulta li l-punt 1 tiegħu jannulla, mingħajr restrizzjoni espliċita, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ddikjarat inkompatibbli mas-suq intern l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Polonja kienet tat lill-grupp Technologie Buczek, filwaqt li l-punt 2 tagħha jannulla d-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni dwar l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni “sa fejn jirrigwardaw lil Buczek Automotive” biss. Minn dan isegwi li l-annullament iddikjarat fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali ma huwiex suġġett għar-restrizzjoni speċifikata fil-punt 2 tiegħu.

13. Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-punt 35 tas-sentenza prinċipali (ara l-punt 10 iktar ’il fuq).

14. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali għandu jiġi interpretat fis-sens li annulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 b’effett erga omnes .

15. Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, konformement mat-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1) Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, EU:T:2011:216), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group, huwa annullat b’effett erga omnes .

2) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3) L-oriġinal ta’ din is-sentenza huwa anness mal-oriġinal tas-sentenza interpretata u fil-marġni ta’ dan l-oriġinal isir notament ta’ din is-sentenza.


SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)

18 ta’ Settembru 2015 ( *1 )

“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza”

Fil-Kawża T‑1/08 INTP,

li għandha bħala suġġett talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, EU:T:2011:216),

Buczek Automotive sp. z o.o., stabbilita f’Sosnowiec (il-Polonja), irrappreżentata minn J. Jurczyk, avukat,

rikorrenti,

sostnuta minn

Ir-Repubblika tal-Polonja, irrappreżentata minn A. Jasser, bħala aġent,

intervenjenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn K. Herrmann, A. Stobiecka-Kuik u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,

konvenuta,

IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),

komposta minn H. Kanninen, President, I. Pelikánová (Relatur) u E. Buttiġieġ, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Awwissu 2014, ir-Repubblika tal-Polonja, intervenjenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, iktar ’il quddiem is-“sentenza prinċipali”, EU:T:2011:216), ressqet, skont l-Artikolu 129 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, talba għall-interpretazzjoni tal-punt 1 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.

2

Permezz tas-sentenza prinċipali, il-Qorti Ġenerali annullat, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26). Peress li l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea ġie miċħud permezz ta’ sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive (C‑405/11 P, EU:C:2013:186), is-sentenza prinċipali saret definittiva.

3

Permezz tat-talba tagħha għall-interpretazzjoni tas-sentenza prinċipali, ir-Repubblika tal-Polonja qiegħda essenzjalment titlob li jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 ġie annullat b’effett erga omnes. Hija ssostni li kemm mill-formulazzjoni tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali u kemm mill-punt 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-annullament iddikjarat jikkonċerna l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 fl-intier tiegħu u għandu effett erga omnes. Skontha, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea.

4

Fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-25 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ssostni li t-talba għal interpretazzjoni hija inammissibbli. Hija ssostni b’mod partikolari li t-talba tar-Repubblika tal-Polonja hija intiża sabiex tinkiseb l-opinjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-eżekuzzjoni u dwar il-konsegwenzi tas-sentenza prinċipali fir-rigward ta’ kumpannija li ma kinitx parti fil-proċedura u ma hijiex intiża sabiex tiġi kkjarifikata ambigwità fil-punt 1 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.

5

Sussidjarjament, fil-każ li t-talba għal interpretazzjoni tiġi madankollu ddikjarata ammissibbli, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali tinterpreta l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali fis-sens li l-annullament iddikjarat f’dan il-punt għandu biss effett inter partes.

6

Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, talba għal interpretazzjoni ta’ sentenza għandha, sabiex tkun ammissibbli, tikkonċerna d-dispożittiv tas-sentenza kkonċernata, inkonnessjoni mal-motivi essenzjali ta’ din is-sentenza, u għandha tkun intiża li tikkjarifika nuqqas ta’ ċarezza jew ambigwità li jista’ jkollhom is-sens jew il-portata tas-sentenza stess sa fejn din is-sentenza kellha tiddeċiedi l-kwistjoni preċiża li kienet imressqa quddiem il-qorti kkonċernata. Skont l-istess ġurisprudenza, talba għal interpretazzjoni ta’ sentenza għaldaqstant ma tkunx ammissibbli meta tikkonċerna punti li ma kinux maqtugħa permezz tas-sentenza kkonċernata jew meta tkun intiża li tikseb, mill-qorti li quddiemha titressaq din it-talba, opinjoni dwar l-applikazzjoni, l-eżekuzzjoni jew il-konsegwenzi tas-sentenza mogħtija mill-imsemmija qorti (ara d-digrieti tal-14 ta’ Lulju 1993, Raiola-Denti et vs Il-Kunsill, T‑22/91 INTP, Ġabra, EU:T:1993:64, punt 6 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-24 ta’ Lulju 1997, Caballero Montoya vs Il-Kummissjoni, T‑573/93 INTP, ĠabraSP, EU:T:1997:126, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).

7

Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, parti intervenjenti għandha tkun tista’ tressaq talba għal interpretazzjoni anki jekk il-parti li insostenn tagħha tkun intervjeniet ma tressaqx tali talba (digriet tal-20 ta’ April 1988, Diezler et vs CES, 146/85‑ITRP u 431/85‑ITRP, EU:C:1988:189, punt 4, u sentenza tad-19 ta’ Jannar 1999, Il-Kummissjoni vs NTN u Koyo Seiko, C‑245/95 P‑INT, Ġabra, EU:C:1999:4, punt 15). Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Polonja, bħala intervenjenti fil-Kawża T‑1/08, tista’ tressaq talba għal interpretazzjoni f’din il-kawża, minkejja li l-kumpannija Buczek Automotive sp. z o.o., bħala rikorrenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali, kienet fil-frattemp tħassret mir-reġistru tal-kumpanniji.

8

Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni ma humiex jaqblu dwar il-portata tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali, u b’mod iktar preċiż dwar il-kwistjoni ta’ jekk dan il-punt għandux effett erga omnes jew jekk għandux biss effett inter partes.

9

Id-diffikultà fl-interpretazzjoni tal-portata ta’ dan il-punt tista’ tirriżulta mill-fatt li, skont il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali, l-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2008/344 ġew annullati sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali, jiġifieri lil Buczek Automotive, filwaqt li l-punt 1 tad-dispożittiv tal-istess sentenza jindika biss li l-“Artikolu 1 tad-Deċiżjoni [...] 2008/344 [...] huwa annullat”.

10

Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 kien jagħmel parti, fl-intier tiegħu, mis-suġġett tat-tilwima fil-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali. Dan jirriżulta mill-punt 35 tas-sentenza prinċipali, fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat li Buczek Automotive kellha interess li tikseb l-annullament ta’ din id-dispożizzjoni fl-intier tagħha. Għaldaqstant, it-talba għal interpretazzjoni tikkonċerna kwistjoni li kienet tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza prinċipali. Barra minn hekk, ma jidhirx li r-Repubblika tal-Polonja qiegħda tipprova tikseb mingħand il-Qorti Ġenerali opinjoni dwar l-applikazzjoni, l-eżekuzzjoni jew il-konsegwenzi tas-sentenza mogħtija minnha.

11

Minn dan jirriżulta li t-talba għal interpretazzjoni għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.

12

Fir-rigward tal-mertu, mill-formulazzjoni tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali jirriżulta li l-punt 1 tiegħu jannulla, mingħajr restrizzjoni espliċita, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ddikjarat inkompatibbli mas-suq intern l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Polonja kienet tat lill-grupp Technologie Buczek, filwaqt li l-punt 2 tagħha jannulla d-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni dwar l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni “sa fejn jirrigwardaw lil Buczek Automotive” biss. Minn dan isegwi li l-annullament iddikjarat fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali ma huwiex suġġett għar-restrizzjoni speċifikata fil-punt 2 tiegħu.

13

Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-punt 35 tas-sentenza prinċipali (ara l-punt 10 iktar ’il fuq).

14

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza prinċipali għandu jiġi interpretat fis-sens li annulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/344 b’effett erga omnes.

15

Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, konformement mat-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja.

 

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T‑1/08, Ġabra, EU:T:2011:216), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implementat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group, huwa annullat b’effett erga omnes.

 

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

 

3)

L-oriġinal ta’ din is-sentenza huwa anness mal-oriġinal tas-sentenza interpretata u fil-marġni ta’ dan l-oriġinal isir notament ta’ din is-sentenza.

 

Kanninen

Pelikánová

Buttiġieġ

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Settembru 2015.

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.