15.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/22 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ġunju 2009 — AVLUX vs Il-Parlament
(Kawża T-524/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 193/34
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AIB-Vinçotte Lussumburgu (AVLUX ASBL) (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u D. Petersheim, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tat-2 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (ĠU 2008, S 193-254240).
Dispożittiv
1) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
2) |
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż. |