15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ġunju 2009 — AVLUX vs Il-Parlament

(Kawża T-524/08) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 193/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AIB-Vinçotte Lussumburgu (AVLUX ASBL) (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u D. Petersheim, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tat-2 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-estensjoni u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (ĠU 2008, S 193-254240).

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.