20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/41


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Mejju 2009 — ars Parfum Creation & Consulting vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-fwieħa)

(Kawża T-104/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun tal-fwieħa - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1)(b), Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/84

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ars Parfum Creation & Consulting GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1656/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ flixkun tal-fwieħa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ars Parfum Creation & Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.