7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/83


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid - Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali - Reklutaġġ fil-grad tal-kompetizzjoni - Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Moviment liberu tal-ħaddiema)

2009/C 267/150

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eckehard Rosenbaum (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Simm u M. Bauer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Servizz Pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad A6/A7, sa fejn din tagħtih il-grad AD 6/2 u, min-naħa l-oħra, talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

E. Rosenbaum huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008, p. 70.