Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-24 ta’ April 2008 – Il-Kummissjoni vs Malta

(Kawża C‑76/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409/KEE – Kaċċa fir-rebbiegħa – Projbizzjoni – Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni – Kundizzjoni li ma jkun hemm ebda ‘soluzzjoni oħra sodisfaċenti’ – Urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Nuqqas ta’ rilevanza – Limiti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(1)) (ara l-punt 15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Talba sabiex Stat Membru jiġi ordnat, għall-perijodu tar-rebbiegħa, ma jadotta ebda deroga mis-sistema ta’ protezzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi prevista mid-Direttiva 79/409 – Ammissibbiltà (Artikolu 243 KE; Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 7(3) u 9(1)) (ara l-punti 17-19)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikolu 243 KE) (ara l-punti 21-22)

4.                     Ambjent – Konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409 (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 7(3) u 9(1) (ara l-punti 28-29)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Direttiva tal-Kunsill 79/409) (ara l-punti 31-32, 37-43)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) – Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti mid-Direttiva għall-għoti ta’ deroga li tawtorizza l-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u għall-gamiem.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika ta’ Malta ma għandha tadotta ebda miżura li tapplika d-deroga ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, ta’ l-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta d-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam ta’ l-ambjent, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, fir-rigward tal-kaċċa għas-summien (Coturnix coturnix) u għall-gamiem (Streptopelia turtur) meta jpassu fir-rebbiegħa tas-sena 2008.

2)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.