25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Kościanie (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-24 ta' Lulju 2008 — Proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach

(Kawża C-344/08)

(2008/C 272/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Kościanie.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikkorenti: Prokuratura Rejonowa w Kościanie.

Konvenut: Tomasz Rubach

Domandi preliminari

Kif ghandu jiġi korrettament interpretat l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), jiġifieri, kif, taħt id-dritt Komunitarju, min iżomm l-annimali elenkati fl-Anness B (li ma jkunux amfibji, rettili, għasafar jew mammiferi) jista' juri b'mod sodisfaċjenti li l-ispeċi fil-pussess tiegħu ġew akkwistati jew introdotti fil-Komunità skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tal-fawna u flora selvaġġi fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali ma jirregolawx dawn il-kwistjonijiet?


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.