11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Berlin-Brandeburg (il-Ġermanja) fit-18 ta' Lulju 2008 — Christel Reinke vs AOK Berlin

(Kawża C-336/08)

(2008/C 260/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Berlin-Brandeburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christel Reinke

Konvenuta: AOK Berlin

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għar-rimbors ta' l-ispejjeż sostunuti fis-sens ta' l-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (1) jinkludi wkoll l-ispejjeż ikkawżati minn trattament ta' urġenza mwettaq fi klinika privata fuq pensjonanta fil-post ta' residenza tagħha li hija intitolata għall-benefiċċji skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 meta l-isptar kompetenti rrifjuta li jipprovdi dan it-trattament inkwantu benefiċċju in natura minħabba li kien hemm wisq nies?

2)

L-istituzzjoni kompetenti tista' tillimita r-rimbors ta' l-ispejjeż għar-rati ta' rimbors imsemmijin fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 meta hija ma tħallasx l-benefiċċji in natura ta' l-isptarijiet b'mod astratt jew ġenerali skond ir-rati, iżda meta dan il-ħlas kien is-suġġett ta' ftehim individwali u meta d-dritt nazzjonali ma jipprovdi, barra minn hekk, l-ebda limitazzjoni tal-benefiċċji in natura għal trattatment fi sptarijiet speċifiċi?

3)

Dispożizzjoni ta' dritt nazzjonali li ma tippermettix r-rimbors ta' l-ispejjeż ta' trattament fi klinika privata fi Stat li mhuwiex parti mill-Unjoni Ewropea anki fil-każ ta' trattament ta' urġenza hija kompatibbli ma' l-Artikoli 49 u 50 KE kif ukoll ma' l-Artikolu 18 KE?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-21 ta' Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, p. 1).