30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/38


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-322/08)

(2008/C 223/63)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u J. Enegren, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004 (1), u, f'kull każ, billi naqas milli jinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoi tad-direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).