30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/34


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour d'appel de Montpellier (Franza) fit-3 ta' Lulju 2008 — Ministère public vs Ignacio Pédro Santesteban Goicoechea

(Kawża C-296/08)

(2008/C 223/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Montpellier.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministère public.

Konvenut: Ignacio Pédro Santesteban Goicoechea

Domandi preliminari

1)

In-nuqqas li Stat Membru, f'dan il-każ Spanja, jinnotifika, skond l-Artikolu 31(2) tad-deċiżjoni kwadru [qafas] tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (1), l-intenzjoni teigħu li jibqa' japplika ftehim bilaterali jew multilaterali, jimplika, minħabba t-terminu “tibdel [tissostitwixxi]” li tinsab fl-Artikolu 31 ta' din id-deċiżjoni qafas, li hu impossibbli għal dan l-Istat Membru li juża ma' Stat Memrbu ieħor, f'dan il-każ Franza, li għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 32 tad-deċiżjoni qafas, proċeduri differenti minn dik tal-mandat ta' arrest Ewropew?

2)

F'każ ta' risposta negattiva għad-domanda preċedenti, ir-riżervi magħmulin mill-Istat li jeżegwixxi l-mandat jippermettulu japplika konvenzjoni tas-27 ta' Settembru 1996, jiġifieri qabel l-1 ta' Jannar 2004, iżda li daħlet fis-seħħ fl-Istat li jeżegwixxih wara d-data ta' l-1 ta' Jannar 2004 imsemmija fl-Artikolu 32 tad-deċiżjoni qafas?


(1)  Deċiżjoni kwadru [qafas] tal-Kunsill 2002/584/JAI, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, p. 1).