30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-289/08)

(2008/C 223/52)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u A. Sipos, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi ma fassalx pjanijiet ta' emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta' din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li t-tfassil ta' pjanijiet ta' emerġenza esterni għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE huwa rekwiżit fundamentali ta' din id-direttiva. Il-Gran Dukat tal-Lusssemburgu naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva safejn ma fassalx dawn il-pjanijiet għal tmien stabbilimenti operattivi u li jinsabu fit-territorju tiegħu.


(1)  ĠU 1997 L 10, p. 13.