30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Olanda

(Kawża C-255/08)

(2008/C 223/40)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: L-Olanda

Talbiet

tikkonstata li, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien ma' l-Annessi II u III, tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendati bid-Direttivi 97/11/KE (2) u 2003/35/KE (3), ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu.

tikkundanna lill-Olanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 249 KE, direttiva għandha torbot l-Istati Membri, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, iżda tħalli l-għażla ta' forom u metodi f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali.

2.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali fit-terminu previst u minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

3.

F'dan il-każ, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/11/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-14 ta' Marzu 1999 u għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

4.

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonstata li l-Olanda naqset, sal-ġurnata tal-lum, li tadotta l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni korretta ta' l-Artikolu 4(2) u (3), flimkien ma' l-Annessi II u III, tad-Direttiva 85/337, kif emendati bid-Direttivi 97/11 u 2003/35 billi ma applikatx il-kriterji kollha msemmija fl-Anness III tad-Direttiva għall-proġetti kollha ta' l-Anness II tad-Direttiva.


(1)  ĠU L 175, p. 40.

(2)  ĠU L 73, p. 5.

(3)  ĠU L 156, p. 17.