9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta' Frar 2008 — Amministrazione delle finanze, Agenzia delle Entrate vs Paint Graphos scarl

(Kawża C-78/08)

(2008/C 116/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amministrazione delle finanze, Agenzia delle Entrate.

Konvenuta: Paint Graphos scarl

Domandi preliminari

1)

Il-vantaġġi fiskali mogħtija lill-kooperattivi, skond l-Artikoli 10, 11, 12, 13 u 14 tad-D.P.R. 601 ta' l-1973, huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni u, b'mod iktar partikolari, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87 tat-Trattat KE, partikolarment fid-dawl tal-fatt li s-sistema ta' kontroll u ta' korrezzjoni ta' l-abbużi prevista mid-D.Lgs.C.P.S. n.1557 tal-1947 mhijiex adegwata?

2)

B'mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-vantaġġi fiskali kkontestati jistgħux jiġu kkunsidrati bħala għanjuna mill-Istat, dawn il-miżuri jistgħu jiġu kkunsidrati bħala proporzjonati meta mqabbla ma' l-għanijiet ta' kooperattiva? Id-deċiżjoni dwar il-proprozjonalità tista' tieħu in kunsiderazzjoni wkoll, minbarra l-miżura individwali, il-vantaġġ mogħti mill-miżuri kollha f'daqqa, flimkien mad-distorsjoni li tirriżulta għall-kompetizzjoni?

Għall-għanjiet tar-risposta għad-domandi preċedenti, irid jiġi kkunsidrat il-fatt li s-sistema ta' kontroll ġiet gravament u ulterjorment imdgħajfa mir-riforma tal-liġi tal-kumpanniji, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperattivi li huma biss mutwali b'mod prevalenti u mhux b'mod totali, skond il-liġi Nru 311 ta' l-2004;

3)

Indipendentement mill-kwistjoni jekk il-vantaġġi fiskali in kwistjoni jistgħux jiġu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat, l-użu tal-forma legali ta' kooperattiva, anki jekk ma jkunux involuti frodi jew simulazzjoni, jista' jiġi kkunsidrat bħala abbuż ta' dritt, meta din il-forma tintuża bl-għan esklużiv jew prinċipali li jinkiseb tnaqqis fit-taxxa?