Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – Il-Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C-154/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu − Sitt Direttiva tal-VAT − Artikoli 2 u 4(1), (2) u (5) − Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ − Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima − Persuni taxxabbli − Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-‘registradores de la propiedad’ bħala likwidaturi li huma proprjetarji tal-uffiċċji ta’ likwidazzjoni responsabbli għal distrett ipotekarju − Attivitajiet ekonomiċi − Attività mwettqa b’mod indipendenti − Korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ servizzi pubbliċi − Ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lil qorti nazzjonali”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Rikors promotur - Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi - Rekwiżiti proċedurali - Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet (Artikolu 226 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(c)) (ara l-punti 60, 63, 67)

2.                     Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Attivitajiet ekonomiċi mwetttqa b’mod indipendenti fis-sens tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 2 u 4(1) u (2)) (ara l-punti 90, 93, 97, 103, 107, 109, 118, 127 u d-dispożittiv)

3.                     Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Responsabbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 125, 126)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Persuni taxxabbli - Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propriedad”.

Dispożittiv

1)

Billi kkunsidra li s-servizzi pprovduti lil Komunità awtonoma mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma proprjetarji ta’ uffiċċju ta’ likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju (“oficina liquidadora de distrito hipotecario”) ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir‑Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.