18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou — Ir-Repubblika ta’ Ċipru) — Symvoulio Apochtesfseon Lefkosias vs Anatheoritiki Archi Prosforon

(Kawża C-570/08) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 2(8) - Korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni li ma huwiex ta’ natura ġudizzjarja - Annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tilqa’ offerta - Possibbiltà tal-awtorità kontraenti li taġixxi, kontra dan l-annullament, quddiem awtorità ġudizzjarja)

2010/C 346/12

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kyprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Symvoulio Apochtesfseon Lefkosias

Konvenuta: Anatheoritiki Archi Prosforon

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Anotato Dikastirio Kyprou (il-Greċja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(8) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU L 395, p. 33) — Dritt ta’ awtorità kontraenti li teżerċita rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ korp responsabbli, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li ma huwiex ta’ natura ġudizzjarja

Dispożittiv

L-Artikolu 2(8) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma joħloqx, fl-amministrazzjoni tal-Istati Membri, l-obbligu li jipprovdu, fir-rigward ukoll tal-awtoritajiet kontraenti, rimedju ta’ natura ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet ta’ korpi bażiċi, li ma humiex ta’ natura ġudizzjarja, responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jipprevedu, fejn applikabbli, fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, rimedju bħal dan favur awtoritajiet kontraenti.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.