27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — l-Italja) — Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare (CoNISMa) vs Regione Marche
(Kawża C-305/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18 - Kunċett ta’ “kuntrattur”, ta’ “fornitur” u ta’ “min jipprovdi servizz” - Kunċett ta’ “operatur ekonomiku” - Universitajiet u istituti ta’ riċerka - Gruppi (“consorzio”) ta’ universitajiet u korpi tal-Istat - Għan statutorju prinċipali mingħajr skop ta’ lukru - Ammissjoni għal parteċipazzjoni fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi)
2010/C 51/12
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Consorzio Nazionale Interuniversitario per le Scienze del Mare (CoNISMa)
Konvenuta: Regione Marche
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consigli di Stato — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 7, p. 132 — 262) — Esklużjoni mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizz ta’ ksib ta’ tagħrif ġeofiżiku, minn entitajiet mingħajr skop ta’ lukru, iżda li għandhom għanijiet ta’ riċerka, bħall-universitajiet
Dispożittiv
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], u b’mod partikolari, dawk tal-Artikolu 1(2)(a), u l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 1(8), li jirreferu għall-kunċett ta’ “operatur ekonomiku”, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jippremettu l-parteċipazzjoni, f’kuntratt pubbliku għal servizzi, lil entitajiet li prinċipalment huma mingħajr skop ta’ lukru, li ma għandhomx struttura organizzattiva ta’ impriża u ma għandhomx preżenza regolari fis-suq, bħall-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka, kif ukoll il-konsorzji komposti minn universitajiet u korpi tal-Istat. |
(2) |
Id-Direttiva 2004/18 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-interpretazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi entitajiet, bħall-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka, li prinċiplament huma mingħajr skop ta ’ lukru, milli jipparteċipaw fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, anki meta tali entitajiet ikunu intitolati bis-saħħa tad-dritt nazzjonali li joffru s-servizzi msemmija mill-kuntratt inkwistjoni. |