13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 236/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla Manja Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, l-Irlanda) — Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi, Roksana Batkowska vs Minister for Justice, Equality and Law Reform

(Kawża C-127/08) (1)

(Direttiva 2004/38/KE - Drittijitet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' Stat Membru - Membri tal-familja li huma ċittadini ta' pajjiż terz - Ċittadini ta' pajjiż terz li daħlu fl-Istat Membru ospitanti qabel ma' saru konjuġi ta' ċittadin ta' l-Unjoni)

(2008/C 236/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland, l-Irlanda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent(i): Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi, Roksana Batkowska

Konvenut(a)(i): Minister for Justice, Equality and Law Reform

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpetazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p.77) — Konjuġi li jkun ċittadin ta' Stat terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti li tissuġġetta d-dritt ta' residenza ta' membri tal-familja għal residenza legali preċedenti fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, tipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teżiġi li ċittadin ta' pajjiż terz, miżżewweġ ma' ċittadin ta' l-Unjoni li jgħix legalment f'dan l-Istat Membru li tiegħu huwa m'għandux iċ-ċittadinanza, irid jkun għex legalment fi Stat Membru ieħor qabel il-wasla tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, sabiex jibbenefika mid-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz miżżewweġ ma' ċittadin ta' l-Unjoni li jgħix fi Stat Membru li tiegħu mhuwiex ċittadin, li jakkumpanja jew jingħaqad ma' dan iċ-ċittadin ta' l-Unjoni, igawdi mid-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmija direttiva, indipendement mill-post u d-data taż-żwieġ tagħhom kif ukoll mill-mod kif dan iċ-ċittadin ta' pajjiż terz daħal fl-Istat Membru ospitanti.


(1)  ĠU C 166, 9.5.2008.