26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/50


Appell imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 minn Nikos Giannopoulos kontra s-sentenza mogħtija fl-20 ta' Settembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-111/06, Giannopoulos vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/07 P)

(2008/C 22/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikos Giannopoulos (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan l-appell ammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta' Settembru 2007, fil-kawża F-111/06;

tilqa' t-talbiet għal annullament u għal kumpens ippreżentati mir-rikorrent fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha relatati mar-rikors għal annullament u ma' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-appell tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi bbażati fuq nuqqas ta' motivazzjoni u żbalji manifesti ta' evalwazzjoni fir-risposta mogħtija mit-Tribunal għall-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 31(2) ta' l-Istatut invokat minn dan ta' l-aħħar fil-kuntest tal-kawża fl-ewwel istanza.