25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Huta Buczek et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-440/07, T-465/07 u T-1/08) (1)

(Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 260/18

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Huta Buczek Sp. z o.o. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentanti: D. Szlachetko-Reiter, avukat) (Kawża T-440/07); Emilian Salej, bħala amministrattur tal-falliment ta’ Technologie Buczek S.A. (Laryszów, il-Polonja); Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec) (rappreżentant: D. Szlachetko-Reiter, avukat) (Kawża T-465/07); u Buczek Automotive Sp. z o.o. (Sosnowiec) (rappreżentanti: iniżjalment T. Gackowski, sussegwentement D. Szlachetko-Reiter u finalment J. Jurczyk, avukati) (Kawża T-1/08).

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, M. Kaduczak, A. Stobiecka-Kuik u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Niechciał, sussegwentement M. Krasnodebska-Tomkiel u M. Rzotkiewicz, aġenti) (Kawżi T-440/07 u T-1/08).

Suġġett

Talbiet għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5087 finali, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-prodottur tal-azzar grupp Technologie Buczek.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fil-Kawża T-465/07, kif ippreżentat minn Emilian Salej.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-Kawża T-465/07, kif imressqa minn Emilian Salej.


(1)  ĠU C 64 8.3.2008.