20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Bodegas Montebello vs UASI — Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)

(Kawża T-430/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/79

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Montebello, SA (Montilla, Spanja) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, I. Lehmann Novo u A. Hernández Lehmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. López Fernández de Corres u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Montebello SARL (Petit-Bourg, Franza) (rappreżentant: G.-G. Lamoureux, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Settembru 2007 (Każ R 223/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Montebello, SA u Montebello SARL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bodegas Montebello, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22 26.1.2008