10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — ThyssenKrupp Liften Ascenseurs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ liftijiet u ta’ eskalejters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti - Tqassim tas-swieq - Iffissar ta’ prezzijiet)

2011/C 269/98

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż u l-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment V. Turner u D. Mes, sussegwentement O.W. Brouwer u J. Blockx, avukati) (Kawża T-144/07); ThyssenKrupp Aufzüge GmbH (Neuhausen auf den Fildern, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Itzen u K. Blau-Hansen, sussegwentement U. Itzen, K. Blau-Hansen u S. Thomas, u finalment K. Blau-Hansen u S. Thomas, avukati) (Kawża T-147/07); ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Itzen u K. Blau-Hansen, sussegwentement U. Itzen, K. Blau-Hansen u S. Thomas, u finalment K. Blau-Hansen u S. Thomas, avukati) (Kawża T-147/07); ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: K. Beckmann, S. Dethof u U. Itzen, avukati) (Kawża T-148/07); ThyssenKrupp Elevator AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Klose u J. Ziebarth, avukati) (Kawża T-149/07); ThyssenKrupp AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalement M. Klusmann u S. Thomas, avukati, sussegwentement M. Klusmann) (Kawża T-150/07); ThyssenKrupp Liften BV (Krimpen aan den Ijssel, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O.W. Brouwer u A. Stoffer, avukati) (Kawża T-154/07)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-144/07 u T-154/07, A. Bouquet u R. Sauer, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati; fil-Kawżi T-147/07 u T-148/07, inizjalement R. Sauer u O. Weber, sussegwentement R. Sauer u K. Mojzesowicz, aġenti; u fil-Kawżi T-149/07 u T-150/07, R. Sauer u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters), jew, sussidjarjament, għal tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-144/07, T-147/07, T-148/07, T-149/07, T-150/07 u T-154/07 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

(2)

Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(2), ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(3) u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters) huma annullati.

(3)

Fil-Kawżi T-144/07, T-149/07 u T-150/07, l-ammont tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Elevator AG u ThyssenKrupp AG fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters), għall-ksur fil-Belġju huwa ffissat bħala EUR 45 738 000.

(4)

Fil-Kawżi T-147/07, T-149/07 u T-150/07, l-ammont tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH, ThyssenKrupp Elevator u ThyssenKrupp fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni C(2007) 512 għall-ksur fil-Ġermanja huwa ffissat bħala EUR 249 480 000.

(5)

Fil-Kawżi T-148/07, T-149/07 u T-150/07, l-ammont tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl, ThyssenKrupp Elevator u ThyssenKrupp fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni C(2007) 512 għall-ksur fil-Lussemburgu huwa ffissat bħala EUR 8 910 000.

(6)

Fil-Kawżi T-150/07 u T-154/07, l-ammont tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Liften BV u ThyssenKrupp fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni C(2007) 512 għall-ksur fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa ffissat bħala EUR 15 651 900.

(7)

Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.

(8)

F’kull kawża, ir-rikorrenti għandhom ibatu tliet kwarti tal-ispejjeż tagħhom u tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 155, 07.07.2007