15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — ThyssenKrupp Stainless vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/07) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Ħlas addizzjonali fuq il-liga - Poter tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Res judicata - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Preskrizzjoni - Prinċipju ta’ non bis in idem - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”)

2009/C 193/26

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Stainless AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann u S. Thomas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, R. Sauer u O. Weber aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] (Każ COMP/39.234 — Ħlas addizzjonali fuq il-liga, adozzjoni mill-ġdid), u, sussidjarjament talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ThyssenKrupp Stainless permezz tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ThyssenKrupp Stainless AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.