26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/26


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Patent- und Markensenats (L-Awstrija) fl-14 ta' Novembru 2007 — Silberquelle GmbH vs Maselli-Strickmode GmbH

(Kawża C-495/07)

(2008/C 22/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Patent- und Markensenats

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silberquelle GmbH

Konvenuta: Maselli Strickmode GmbH

Domanda preliminari

L-Artikoli 10(1) u 12(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (id-Direttiva dwar it-trade marks) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark hija użata b'mod ġenwin meta hija użata għal prodotti (f'dan il-każ, xorb non-alkoħoliku) li l-proprjetarju tat-trade mark joffri mingħajr ħlas, wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' bejgħ, lix-xerrejja ta' prodotti oħra li huwa jqiegħed fis-suq (f'dan il-każ, drapp)?


(1)  ĠU L 40, p. 1.