26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/26


Rikors imressaq fis-7 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-492/07)

(2008/C 22/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma ggarantietx it-traspożizzjoni xierqa fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE (1) tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 2(k), li jirrigwarda d-definizzjoni ta' abbonat, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi li għandha skond l-imsemmija direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2004.


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.