Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Franza vs Il‑Kunsill

(Kawża C‑479/07)

“Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 809/2007 – Definizzjoni tal-kunċett ta’ ‘għeżul tal-mitlaq’ – Tunnara – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni”

1.                     Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni -Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq itwal minn 2.5 kilometri (Regolament tal-Kunsill Nru 809/2007) (ara l-punti 36-38, 43-45)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 49-54)

3.                     Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar -Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni - Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq itwal minn 2.5 kilometri (Regolament tal-Kunsill Nru 809/2007) (ara l-punti 63-70)

Suġġett

Rikors għal annullament – Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 809/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift nets (għeżul tal-mitlaq) (ĠU L 182, p. 1) - Kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” - Inklużjoni f’dan il-kunċett ta’ parit, bħat-tunnara - Interpretazzjoni żbaljata tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.