16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH

(Kawża C-557/07) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Soċjetà tal-informazzjoni - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Kunċett ta’ “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)

2009/C 113/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH

Konvenut: Tele2 Telecommunication GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10), tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45) u tal-Artikoli 6 u 15 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, p. 37) — Kwalifika bħala “intermedjarju” ta’ fornitur ta’ aċċess għall-internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-intermedjarji obbligu ta’ informazzjoni fil-konfront ta’ persuni privati vittmi ta’ ksur ta’ drittijiet tal-awtur sabiex jinbdew proċeduri taħt id-dritt ċivili — Komunikazzjoni lil kumpannija li tiddefendi d-drittijiet tal-awtur tal-ismijiet u l-indirizzi tal-utenti li jipparteċipaw f’sistemi ta’ qsim tal-fajls.

Dispożittiv

1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ma jipprekludix li l-Istati Membri jistabbilixxu obbligu ta’ trażmissjoni lil persuni privati terzi ta’ data personali dwar it-traffiku tal-internet sabiex ikunu jistgħu jinbdew proċeduri, quddiem il-qrati ċivili, kontra l-ksur tad-drittijiet tal-awtur. Madankollu, id-dritt Komunitarju jeħtieġ li l-Istati Membri, matul it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, id-Direttivi 2002/58 u 2004/48, għandhom iħarsu li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi assigurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti inkwistjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet, kif ukoll il-qrati tal-Istati Membri għandhom, matul l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttivi, mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi ma’ dawn id-direttivi, iżda wkoll iħarsu li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-direttivi li tidħol f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħalma huwa l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2)

Persuna li tipprovdi aċċess, li tillimita ruħha sabiex tipprovdi aċċess għall-internet lill-utenti, mingħajr ma tipproponi servizzi oħra, bħalma huma, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ posta elettronika, ta’ downloading jew ta’ qsim tal-fajls, u lanqas ma twettaq kontroll de jure jew de facto fuq is-servizz użat, għandha tiġi kkunsidrata bħala “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008