22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Nicole Hassett vs South Eastern Health Board, Cheryl Doherty vs North Western Health Board

(Kawża C-372/07) (1)

(Ġurisdizzjoni - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 2 tal-Artikolu 22 - Kawżi fuq validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat fejn il-kumpannija jkollha s-sede - Sindakat professjonali tat-tobba)

(2008/C 301/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nicole Hassett, Cheryl Doherty

Konvenuti: South Eastern Health Board, North Western Health Board

Fil-preżenza ta': Raymond Howard, Medical Defence Union Ltd, MDU Services Ltd, Brian Davidson, Medical Defence Union Ltd, MDU Services Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1) — Sindakat professjonali ta' tobba, ikkostitwit taħt il-forma ta' kumpannija skond il-liġijiet ta' Stat Membru, li tipprovdi assistenza u indennizz lill-membri tiegħu li jippratikaw fl-Istat Membru u fi Stat Membru ieħor — Provvista tal-assistenza/kumpens li tiddependi minn deċiżjoni meħuda mill-Bord tad-Diretturi ta' din il-kumpannija bis-saħħa ta' setgħa diskrezzjonali assoluta — Kontestatazzjoni ta' deċiżjoni li tirrifjuta l-assistenza jew l-indennizz lil tabib li jipprattika fl-Istat Membru l-ieħor — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat li fih il-kumpannija għandha s-sede tagħha abbażi tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha parti tallega li deċiżjoni adottata minn organu ta' kumpannija tkun tikser id-drittijiet li l-imsemmija parti tippretendi li joħorġu mill-istatut ta' assoċjazzjoni ta' din il-kumpannija, ma jirrigwardax il-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi ta' kumpannija, fis-sens ta' din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.