4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-45/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 10 KE, 71 KE u 80(2) KE - Sigurtà marittima - Kontroll tal-bastimenti u tal-portijiet - Ftehim internazzjonali - Kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri)

(2009/C 82/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, M. Konstantinidis, F. Hoffmeister u I. Zervas, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u S. Chala, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: I. Rao, aġent, assistit minn D. Anderson, QC)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 10, 71 u 80(2) tat-Trattat KE — Sottomissjoni lil organu internazzjonali ta' proposta li tifforma parti minn qasam ta' kompetenza esterna esklussiva Komunitarja — Sigurtà marittima — Proposta għall-kontroll tal-konformità tal-bastimenti u tal-portijiet mar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI-2 ta' SOLAS u tal-Kodiċi ISPS.

Dispożittiv

1)

Billi ssottomettiet lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) proposta (MCS 80/5/11) dwar il-kontroll tal-konformità tal-bastimenti u tal-portijiet mar-rekwiżiti tal-Kapitolu XI-2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, konkluża f'Londra fl-1 ta' Novembru 1974, u tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà għall-Bastimenti u l-Portijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 10 KE, 71 KE u 80(2) KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.