26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-34/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/109/KE - Ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul - Nuqqas ta' transpożizzjoni fit-terminu stabbilit)
(2008/C 22/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durande, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, p. 44)
Dispożittiv
1) |
Billi m'adottax, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva. |
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa ordnat ibati l-ispejjeż. |