21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/46


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Diċembru 2008 — RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Persuna mhux individwalment ikkonċernata - Inammissibbiltà’)

(2009/C 44/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RSA Security Ireland Ltd (Shannon, l-Irlanda) (rappreżentanti: B. Conway, barrister, u S. Daly, sollicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, agenti)

Suġġett

Talba għall-annulament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2006, tas-16 ta' Ġunju 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 165, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

RSA Security Ireland hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.