26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/55


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba ta' informazzjoni fuq l-effetti personali ttrasportati mill-post ta' l-impieg lejn il-post ta' residenza - Ebda lok għal deċiżjoni - Talba għad-danni manifestament infondata)

(2008/C 22/105)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: V. Messa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent li jirċievi kopja tan-nota tal-kunsinna li tirrigwarda t-trasport ta' l-effetti personali tiegħu mill-Angola għall-Italja u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal annullament.

2)

It-talbiet għad-danni huma miċħuda bħala manifestament infondati.

3)

L.Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 143, tas-17.6.2006, p. 37.